Ewropa Lokali

Conte f’Malta fl-eqqel ta’ kriżi ġdida tal-immigrazzjoni

Mill-ġdid botta u risposta bejn il-Gvern Taljan u l-Gvern Malti hekk kif il-vapur Sea Watch 3 għadu jbaħħar bejn sema u ilma bi 52 immigrant abbord.

Il-media Taljana qed tirrapporta li l-vapur, li salva lill-immigranti viċin il-kosta Libjana, jinsab fi triqtu lejn Malta. Iżda r-rotta uffiċjali (sa issa) tindika li dan mhux minnu.

Sea Watch irrifjutat l-offerta tal-Libja sabiex jidħlu bil-bastiment b’numru ta’ immigranti abbord f’port Libjan, hekk kif skont huma Tripli mhux sigura.

Aktar tard illum, il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte jasal Malta għas-summit tal-Mediterran li se jitlaqqa’ f’Kastilja. U bla dubju li l-kriżi tal-immigrazzjoni se tkun fuq nett tal-aġenda. Għalkemm sorsi varji kwotati minn diversi ġurnali qed jinsistu li dan is-summit f’Malta huwa aktar okkażjoni ideali sabiex Muscat jipprova jsaħħaħ iċ-ċansijiet tiegħu li jieħu pożizzjoni importanti fl-istituzzjonijiet Ewropej.

Giuseppe Conte