Futbol Sport

Diego Maradona jirriżenja minn kowċ ta’ Dorados

Diego Maradona rriżenja minn kowċ tat-tim tat-Tieni Diviżjoni Messikan Dorados minħabba raġunijiet mediċi. L-Arġentin li għandu 58 sena, kien inħatar kowċ tat-tim f’Settembru tas-sena l-oħra.

Hu ħa t-tmexxija tat-tim li kien jinsab lejn it-tmiem tad-diviżjoni għal żewġ deciders għal promozzjonijiet, iżda kienu megħluba fiż-żewġ okkażjonijiet minn Atletico San Luis.

Il-manager ta’ Maradona qal li fuq parir mediku se jiddedika ħin għal saħħtu u se jkollu żewġ operazjonijiet; waħda fi spalltu u oħra fl-irkoppa. Maradona kien iddaħħal fi sptar f’Arġentina f’Jannar li għadda, ftit jiem wara li kien irritorna fil-Messiku għat-tieni staġun ma’ Dorados.