Meqjusa ammissjoni sensazzjonali dik li għamel dalgħodu Erin Tanti fil-Qorti. Dan hekk kif hu wieġeb ħati għall-akkużi tal-qtil ta’ Lisa Maria Zahra u allura mhux se jkun qed jgħaddi ġuri.
Fis-sentenza tagħha, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ikkundannat lil Tanti 20 sena ħabs.
Tanti kien akkużat bl-omiċidju ta’ Zahra, li kellha biss 15-il sena. Dan wara li t-tnejn instabu taħt l-irdum f’Ħad-Dingli fid-19 ta’ Marzu tal-2014.
Hija kienet waqgħet 13-il sular u tilfet ħajjitha fil-post.
//= $special ?>