Lokali

AĠĠORNATA: Tifel ta’ 8 snin jittajjar fil-Mosta

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-7.50, numru ta’ Pulizija ssejħu fi Triq id-Dawr il-Mosta.

Mill-ewwwel indikazzjonijiet jidher li karozza tat-tip Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 32 sena residenti l-Mosta laqtet tifel ta’ tmien snin.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.