Id-deputat Nazzjonalista u kelliema għall-Oppożizzjoni dwar drittijiiet indaqs u libertajiet ċivili Claudette Buttigieg żvelat li membri tal-Komunità LGBTIQ iridu jippreżentaw petizzjoni Parlamentari biex titwaqqaf l-isticker kontroversajli li ħolmot biha l-Ministru Helena Dalli. Hi kienet il-mistiedna ta’ Robert Cremona fuq il-programm Net Live meta għamlet din l-istqarrija.
Il-preżentatur ta’ Net Live kien qed jistaqsi lid-Deputat Nazzjonalista dwar l-inizjattiva kontroversjali tal-Gvern li jitwaħħlu stickers li juru li membri tal-komunità LGBTIQ huma milqugħa f’dak l-istabbiliment partikolari.
Buttigieg qalet li jekk Malta tinsab fuq quddiem f’dawk li huma drittijiet ugwali, mhemmx bżonn sticker biex wieħed iħossu komdu jidħol fi stabbiliment.
Claudette Buttigieg qalet li dan ma jfissirx li ma jistax ikun hemm kampanji ta’ edukazzjoni kull tant żmien, imma appellat biex la pajjiżna jinsab fuq quddiem f’dan il-qasam, m’għandux jerġa jintefa’ lura. Hi qalet li min qiegħed warajna għandu bżonn l-isticker, imma pajjiżna m’għandux bżonn stickers.
//= $special ?>