Janet Walker u oħtha Stephanie, aħwa residenti fl-binja ta’ Gwardamanga, stqarrew magħna li rnexxielhom joħorġu l-libsa tal-Preċett tat-tifla ta’ Stephanie hekk kif nhar il-Ħadd li ġej se tiċċelebra l-Ewwel Tqarbina.
Kienu diversi l-Maltin li meta lbieraħ semgħu l-aħbar li t-tifla spiċċat mingħajr libsa, offrewlhom libsa tal-Preċett.
F’post fuq facebook Janet Walker irringrazzjat lill-Protezzjoni Ċivili għall-ħidma tagħhom.
