Għawdex Lokali

Ingliż ferut gravi f’Marsalforn wara li waqa’ minn fuq ħajt

Ingliż sofra feriti serji wara li matul il-lejl waqa’ b’mod aċċidentali minn fuq ħajt ta’ residenza privata.

Kien għall-ħabta tas-1:30am meta l-Pulizija ġew infurmati li f’residenza fil-limiti ta’ Marsalforn Għawdex kien waqa’ persuna minn xi għoli. Il-Pulizija marru mill-ewwel fil-post fejn minn investigazzjoni preliminari rriżulta li Ingliż kien waqa’ minn fuq ħajt waqt li kien f’residenza.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.