Wara li lbieraħ il-Gvern ħabbar li se jitwaqqaf kull xogħol ta’ twaqqigħ u skavar, għajr għal xi eċċezzjonijiet fejn jekk ix-xogħlijiet jitħallew nofs leħja jkunu ta’ periklu, illum pajjiżna reġa’ stenbaħ għal aktar skavar u twaqqigħ.
F’dawra f’diversi zoni ta’ Malta dalgħodiu wieħed seta’ jara jiggers u hymacs jaħdmu b’għadd ta’ siti daqs li kieku xejn mhu xejn.
Fl-istqarrija li għamel ilbieraħ il-Prim Ministru semma l-eċċezzjoniijiet mingħajr ma indika liema huma u kemm se jkunu ħerġin permessi għal dawn l-eċċezzjonijiet.
Għaldaqstant, wieħed ma jistax jivverifika dawn ix-xogħlijiet kellhomx permess biex ikomplu jew le.

Waqt laqgħa li saret bejn Gvern u MDA ilbieraħ, il-Prim Ministru ħabbar li l-multi għal min jikser din id-direttiva se jitilgħu għal €50,000. S’issa mhux magħruf inħarġux xi multi jew inqabdux persuni jiksru d-direttiva.
