Sport Waterpolo

Rebħiet kif mistenni għal Neptunes u Sirens fil-bidu tar-rawnd preliminari

(Ritratt: Trevor Sollars)

SIRENS GREENTUBE………….. 20 MARSAXLOKK BROWN’S….. 13

(4-4), (5-2), (4-5), (7-2)

Prestazzjoni pożittiva fit-tieni sessjoni kienet determinanti għal rebħa ta’ Sirens Greentube hekk kif għelbu liċ-champions tal-Ewwel Diviżjoni Marsaxlokk Brown’s Pharmacy. Aktar ma għadda l-ħin, Sirens ħadu l-logħba f’idejhom wara li fl-ewwel sessjoni naqsu li jikkontrollaw il-logħba fejn anki għal perjodu qasir kienu fi żvantaġġ.

Andrija Vlahovic u Ivan Nagaev kienu dawru l-iskor favur Marsaxlokk. Sirens kellhom iġibu d-draw tliet darbiet, bir-raba’ gowl jasal ftit qabel tmiem is-sessjoni minn Valentino Gallo. Iżda t-tieni sessjoni kienet storja oħra hekk kif Sirens skorjaw ħames gowls mingħajr risposta, biż-żewġ gowls ta’ Vlahovic u Stephen Micallef iħallu lix-Xlukkajri b’distakk ta’ tliet gowls sal-mistrieħ.

Wara li doppjetta ta’ Riolo fil-bidu tat-tielet sessjoni għamlet l-iskor 11-6, Sirens ippermettew lil Marsaxlokk jidħlu fil-logħba u sa minuta minn tmiem is-sessjoni kienu 12-10. Riolo kabbar id-distakk minn man-up iżda penalty ta’ Andrija Vlahovic ħalla lil Marsaxlokk jittamaw. Iżda doppjetta ta’ Gallo u Edward Aquilina wara minuta u nofs mill-aħħar sessjoni għalqu l-logħba. Huma komplew ikabbru l-iskor sa tmiem, b’Marsaxlokk jilagħbu l-aħħar sitt minuti u nofs mingħajr Ivan Nagaev wara li kellu tliet fawls.

Sirens: N. Grixti, J. Zerafa Gregory (2), C. Presciutti (4), P. Privitera (1), M. Grech, J. Brownrigg (2), I. Riolo (3), V. Gallo (5), J. Napier, E. Aquilina (1), L. Caruana (1), M. Sciberras, O. Gauci, Z. Bartolo, G. Farrugia (1)

Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi, L. Calleja (1), M. Rizzo, T. Agius, M. Martellacci, A. Vlahovic (4), I. Nagaev (4), S. Micallef (2), L. Saliba, J. Galea, O. Zammit (1), F. Buhagiar, M. Pace, K. Galea (1)

Referees: Ronnie Spiteri, Francesco Romolini

NEPTUNES LEO VEGAS……… 22 OTTERS NIVEA…………………… 12

(6-4), (7-4), (6-3), (3-1)

Neptunes kif mistenni ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Otters Nivea 22-12 fl-ewwel impenn tagħhom fi Grupp B tar-rawnd preliminari. Id-differenza bejn iż-żewġ timijiet kienet evidenti bil-kowċ Kroat Jovan Popovic jibda jdawwar l-iskwadra b’mod regolari sa mit-tieni sessjoni. Il-logħba kienet anki nieqsa minn tattiċi żejda f’logħba li ftit offriet emozzjonijiet.

Iċ-champions naqsu li juru intensità qawwija anki minħabba r-rispett lejn l-avversarji u ma kinux bl-aqwa formazzjoni l-ħin kollu. Fl-ewwel sessjoni, Otters pruvaw jaqsmu l-logħob mal-avversarji iżda għalkemm baqgħu jippruvaw, Neptunes serrħu rashom sat-tieni sessjoni. Bħas-soltu spikkaw quddiem il-lasta Stevie Camilleri u Darko Brguljan. Għal Otters jidher li ż-żewġ barranin Milos Filipovic u l-eks Sliema Ferenc Salamon se jkunu importanti għalihom fl-Ewwel Diviżjoni.

Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (2), K. Erdogan (1), G. Pace, P. Muslim (1), D. Brguljan (4), S. Camilleri (8), J. Camilleri (3), J. Abela (2), N. Zammit (1), S. Busuttil, M. Azzopardi, S. Stellini, J. Farrugia

Otters: M. Xerri, C. Spiteri Debarro (1), F. Salamon (2), L. Hyzler, E. Meli, M. Lanzon (1), K. Scicluna, G. Mizzi, A. Mifsud, D. Zahra (1), B. Lanzon (2), M. Filipovic (5), D. Camilleri, D. Dimech, C. Teuma

Referees: Stefan Licari, Fabio Brasiliano

Ikkummenta