Basketball Sport

Toronto Raptors jirbħu t-titlu tal-NBA għall-ewwel darba

(Ritratt: EPA)

Toronto Raptors għelbu liċ-champions renjanti Golden State Warriors 114-110 biex rebħu t-titlu tal-NBA għall-ewwel darba. Kawhi Leonard rebaħ l-Aqwa Plejer tal-Finali tal-NBA b’medja ta’ 28.5 punt hekk kif Raptors rebħu s-serje tal-aqwa minn sebgħa 4-2.

Golden State Warriors li rebħu tlieta mill-aħħar erba’ titli u kienu ġejjin minn żewġ rebħiet konsekuttivi, kienu mingħajr Kevin Durant u tilfu lil Klay Thompson fit-tielet perjodu minħabba li weġġa’ l-ligament tal-irkoppa.

Stephen Curry kellu ċ-ċans li jisforza s-seba’ logħba iżda falla three pointer meta kienu b’distakk ta’ punt, qabel Leonard għalaq il-logħba. Toronto Raptors saru l-ewwel klabb Kanadiż li rebħu titlu fl-Amerika ta’ Fuq minn żmien Toronto Blue Hjays li kienu rebħu l-World Series tal-Major League tal-Baseball fl-1993.

Tags