Mark Bishop, missier ta’ żewġt itfal u sewwieq ta’ mutur miet fuq il-post wara li ħabat ma trakk ipparkjat fil-ġenb tat-triq, fi Triq il-Wied tal-Imsida, f’Birkirkara.
Skont l-informazzjoni li kiseb NetNews l-incident seħħ ftit wara l-4 ta’ filgħodu tas-Sibt, x’ħin is-sewwieq, li huwa Malti ta’ 41 sena, kien qed isuq mill-Imsida direzzjoni lejn Birkirkara.
Għal xi ħin it-triq kienet magħluqa għat-traffiku.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.