Edukazzjoni Għawdex Lokali

Botta u risposta b’periklu għat-tfal Għawdxin

Kollox sigriet biex imexxu l-klassijiet mir-Rabat Għawdex għan-Nadur, b’U-turn wara oħra dwar il-klassijiet tal-Year 5 u 6.

Il-Kap tal-Iskola tal-Happy School Lelio Spiteri ħabbar li l-istudenti tal-Year 5 u Year 6 se jibqgħu fl-istess skola kuntrarju għal dak li kien se jsir. Bil-botta u risposta bejn l-Kap tal-Iskola u l-Ministeru ma jonqsux, f’saga li qed tipperikola l-edukazzjoni ta’ numru ta’ tfal Għawdxin.

Dwar dan anki ġenituri ta’ studenti f’din l-iskola kienu ġabru l-firem f’petizzjoni minħabba li kienu preokkupati għas-saħħa u sigurtà f’din l-iskola. Huma kienu talbu biex l-awtoritajiet jieqfu jipposponu l-bini ta’ skola ġdida għal uliedhom. Il-Gvern dwar dan kien ċaħad li din l-iskola hija perikoluża.

F’messaġġ li kien intbagħat mill-amministrazzjoni aktar kmieni din il-ġimgħa, il-ġenituri ġew mgħarrfa li se ssir laqgħa għalihom nhar il-5 ta’ Lulju li ġej. Din il-laqgħa kienet se tkun indirizzata mid-Direttur Ġenerali għas-Servizzi Edukattivi Maria Mc Namara.

Happy School News. Meeting for Year 4 and Year 5 parents. Friday 5th July at 9am. Secondary school. Director General Ms McNamara will address the meeting. Thank you. – GC Rabat Primary

Intant iżda l-Ġimgħa waranofsinhar, il-Kap tal-Iskola bagħat messaġġ ieħor li fih qal li l-istudenti se jibqgħu fi skola waħda u li din il-laqgħa tħassret. Sorsi qrib il-Ministeru għall-Edukazzjoni qalu li din il-laqgħa tħassret wara li l-ġenituri u l-għalliema ma qablux mad-deċiżjoni li jiċaqalqu għan-Nadur.


Happy School News. Year 5 and Year 6 students will NOT move to Nadur next scholastic year. ONE Happy School ONE building. 5th July meeting has been cancelled. Happy Weekend. Mr Lelio. – GC Rabat Primary

Is-saga iżda ma waqfitx hawn hekk kif il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li l-laqgħa pjanata mal-ġenituri se ssir xorta, bil-kontra ta’ dak imħabbar mill-Kap tal-Iskola. Il-Ministeru qal li għalkemm kellu proposta li kienet biex it-tfal tar-Rabat jiċċaqalqu fi skejjel differenti, din mhix ser issir.

Intant Chris Said qal li kien kollox sigriet biex jiċċaqalqu klassijiet mir-Rabat għan-Nadur. F’dawn l-aħħar sigħat il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Għawdex Chris Said u s-Sindku-elett għar-Rabat Josef Schembri ħabbru fuq Facebook li kien hemm il-preparamenti biex isir dan iċ-ċaqliq.

Said qal li dan kien qed isir kollox b’mod sigriet tant li la l-ġenituri u lanqas l-għalliema ma kienu mgħarrfa. Saħaq li deċiżjoni bħal din kellha “implikazzjonijiet serji” ta’ trasport, konġestjoni, trasferiment ta’ għalliema u anki li l-iskola tan-Nadur tinsab ukoll fi stat ħażin.

https://www.facebook.com/photo.php?fbid=2523617161002266&set=a.100601663303840&type=3&theater