Mara ta’ 38 sena residenti Ħal Qormi qed isofri ġrieħi serji wara li ntlaqtet minn vettura, misjuqa minn raġel ta’ 47 sena mis-Siġġiewi meta kienet miexja f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.20 ta’ waranofsinhar viċin ir-residenza San Vincenz de Paule.
Fuq il-post marru l-Pulizija u tim mediku fejn dan tal-aħħar ħa lill-mara lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.
//= $special ?>