Lokali

Persuna l-isptar wara inċident f’Birkirkara

Persuna ddaħħlet l-isptar wara li ndarbet f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Karm Psaila f’Birkirkara.

Net News jinsab informat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 p.m. meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn żewġ karozzi.

Ambulanza ħadet lill-vittma l-isptar u l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.