Lokali

Żagħżugħ gravi wara li ħabat bil-mutur f’Ħaż-Żebbuġ

Żagħżugħ Żebbuġi ta’ 22 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur f’Ħaż-Żebbuġ stess.

Il-ħabta ġrat fil-10.45am fl-inħawi ta’ Xindi, fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur misjuq minn żagħżugħ residenti Ħaż-Żebbuġ u vettura misjuqa minn raġel ta’ 75 sena residenti Ħaż-Żebbuġ ukoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.