Lokali

Ħanut tal-ikel fil-Ħamrun jispiċċa fil-mira ta’ serqa

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tan-00.30, saret serqa minn ħanut tal-ikel fil-Ħamrun. Jidher li żewġ persuni kissru l-ħġieġ tal-‘Pulċinella’, fejn imbagħad wieħed minnhom daħal fil-ħanut u seraq flus kontanti li jammontaw għal madwar 200 ewro.

Persuna li kienet viċin ċemplet mal-ewwel lill-Pulizija. Kien f’dan il-ħin li l-ħallelin ħarbu immedjatament minn fuq il-post.

Il-Pulizija flimkien mas-sidien bħalissa għaddejjn b’ħidma biex jiksbu filmati mill-kameras tas-sigurtà li jinsabu fil-viċinanzi.

Kull min għandu xi informazzjoni huwa mitlub li jgħaddiha lill-Pulizija