Alfred Zammit, is-Sindku Laburista ġdid tal-Belt Valletta diġà għandu l-maltemp riesaq lejh. Dan hekk kif jidher li l-prezentatur tal-media laurista se jkun fiċ-ċentru ta’ intriċċi u manuvri bejn kunsillieri Laburisti fil-Belt li xejn ma jaraw għajn m’għajn.
Sorsi fi ħdan il-Partit Laburista qalulna li fuq quddiem tal-ġlieda hemm ir-rivalità bejn l-istess Alfred Zammit u l-Viċi Sindku Laburista Ray Azzopardi li tul il-kampanja elettorali deher ċar li wieħed ma jridx li jaħdem mal-ieħor.
“Lanqas jispiċċa t-terminu tiegħu,” intqal dwar Alfred Zammit minn persuni attivi fil-Partit Laburista, liema kliem gie rapurtat illum fil-gazzetta il-mument.
L-istess persuni qed isostnu wkoll li l-Kunsill tal-Belt mhux se jkollu iżjed saħħa għaliex fuqu se jkun hemm il-Fondazzjoni mmexxija minn Jason Micallef, u li hadet post il-V18.
Jason Micallef hu wkoll iċ-Chairman tas-Super One, bil-gazzetta il-mument tghid illi kulħadd jaf li bejnu u bejn Alfed Zammit teżisti rivalità kbira. Sorsi fis-Super One jgħidu li Micallef għamillu ħajtu infern fl-istazzjon tal-Partit Laburista. Ussa li sar Alfred Zammit Sindku, mistennija trikki trakki kbar bejniethom fejn wieħed se jipprova jagħti gambetta lill-ieħor.
Filfatt, fost tal-ħwienet fil-Belt il-kelma diġà qed tiġri biex jinjoraw lis-Sindku u jmorru għand Jason Micallef għal dak kollu li għandhom bżonn.
Iżda waqt li Alfred Zammit se jsiba diffiċli jlaħħaq ma’ Jason Micallef, min-naħa l-oħra l-Viċi Sindku
Ray Azzopardi għandu l-appoġġ ta’ Micallef u mistenni li jkun il-widna tiegħu fil-kunsill.
//= $special ?>