Lokali

Il-Pulizija jibqgħu jistennew li jitħallsu

Fl-aħħar siegħat l-Malta Police Association (MPA) irċeviet diversi lmenti min Membri tagħha rigward diversi ħlasijiet ta’ Extra Duty on Payment ma bosta entitatijiet li għadom ma tħallsux u li ilhom pendenti għal diversi xhur.

L-MPA qalet li din hi xi ħaġa inaċċetabli, li persuna li tkun ħadmet sigħat twal il-bogħod mil-familja sabiex tkun tista tieħu d-dar paga iktar diċenti; iżda minflok qegħda tispiċċa litteralment tittallab sabiex tieħu dak li hu dovut lilha bi dritt.

Għalekk b’mod immedjat l-MPA ħadet azzjoni u staqsiet b’mod uffiċjali d-domandi neċċesarji lill-amministrazzjoni tal-Korp u kif wkoll lill-Gvern bit tentattiv li jkunu jafu x’inhi din il-problema u kif tista’ tiġi riżolta mill-aktar fiss possibli favur il-membri tal-Korp.

L-MPA talbet lill-membri sabiex jelenkaw Extra Duties on Payments oħra li qegħdin jonqsu milli jħallsu fi żmien diċenti.