Futbol Sport

Il-Qatar issalva punt kontra l-Paragwaj b’rimonta mill-aqwa

(Ritratt: EPA)

Il-Qatar issieltet biex irkuprat żewġ gowls u temmet fi draw ta’ 2-2 kontra l-Paragwaj, fl-ewwel logħba tagħhom fl-istorja fil-Copa America. L-organizzaturi tat-Tazza tad-Dinja li jmiss huma wieħed miż-żewġ nazzjonijiet mistiedna għal din l-edizzjoni flimkien mal-Ġappun.

Il-Paragwaj kienet fetħet l-iskor wara erba’ minuti minn penalty ta’ Oscar Cardozo. Il-Qatar ħolqu xi problemi lill-avversarji iżda wara li Cardozo kellu gowl li tħassar wara konsultazzjoni mal-VAR, iċ-champions Asjatiċi sofrew it-tieni gowl kmieni fit-tieni taqsima b’xutt b’saħħtu mid-distanza ta’ Derlis Gonzalez.

L-attakkant Almoez Ali naqqas id-distakk fit-68 minuta b’xutt mill-bogħod li spiċċa fix-xibka, biex disa’ minuti wara Boualem Khoukhi meta skorja minkejja li ma kinitx l-aqwa konklużjoni possibbli.