Lokali

Imħabbra l-finalisti għad-29 edizzjoni tal-‘Malta Journalism Awards’

L-Istitut Ġurnalisti Maltin ippubblika l-53 finalist mill-128 sottomissjoni għad-29 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards li se jsiru is-Sibt 20 ta’ Lulju li ġej fis-Seashells Resort il-Qawra.

Din is-sena, f’din is-serata ser ikun hemm 19-il kategorija fejn fi 3 minnhom ġew imħabbra finalisti minn Media.Link Communications.

Fl-istess serata, ser ikunu qed jitħabbru r-rebbieħa għall-aħjar użu tal-lingwa Maltija kif ukoll dak li jissejjaħ il-‘Gold Award’.