Lokali

Is-Sea Watch 3 fuq l-għatba ta’ Lampedusa

10 immigranti tniżżlu minn fuq il-bastiment Sea Watch wara li tobba Taljani iċċertifikaw li għandhom problemi serji ta’ saħħa. Dan hekk kif is-Sea Watch għadu qed idur fil-vojt, fiz-zona ftit ‘il barra minn Lampedusa – bil-Viċi Prim Ministru Taljan Matteo Salvini jibqa’ jopponi b’saħħa li dan il-bastiment jidħol f’territorju Taljan.

Issa għad hemm 43 immigrant abbord is-Sea Watch. U fosthom hemm numru ta’ tfal.

Salvini qed jgħid li s-Sea Watch għandu jmur il-Libja u jniżżel lill-immigranti hemm. Iżda l-ngo li tmexxi dan il-bastiment qed tirreżisti b’saħħa, bil-Viċi Prim Ministru Taljan jirreaġixxi billi qal li “jistgħu jibqgħu fuq il-baħar sal-aħħar tas-sena”.

L-ekwipaġġ tas-Sea Watch qed jgħid illi huwa tal-mistħija kif quddiem dan kollu, l-UE tibqa’ fil-muta – meta diġa’ għandek 60 belt Ġermaniża li lesti jilqgħu lil dawn l-immigranti salvati.

It-tfal jitniżżlu mill-awtoritajiet Taljani