Ħaddiema li jaħdmu bħala cleaners fl-iskejjel tal-Gvern, fis-Sajf qed jiġu mħaddma biss 10 siegħat ….għall-kuntrarju tas-siegħat li jaħdmu fix-Xitwa, fejn normalment jilħqu l-40 siegħa.
Rapport fit-Torċa qed jindika li fix-Xitwa dawn il-ħaddiema jaqilgħu madwar 800 ewro minħabba li jaħdmu 40 siegħa, b’rata ta’ 4.90 ewro is-siegħa iżda minħabba li s-siegħat jonqsu drastikament fis-Sajf, dawn il-ħaddiema qed jaqbdu il-paga miżera ta bejn it- 300 u 400 ewro.
Dawn il-ħaddiema mhux talli mhux ikollhom il-garanzija li se jaħdmu 40 siegha iżda mhux ikunu mgħarrfa dwar kif se jaħdmu – f’kaz iehor flagranti illi juri kif il-prekarjat f’pajjizna huwa realta.
Interessanti l-fatt illi wara dan ir-rapport fit-Torca kien hemm reazzjoni mill-Ministeru tal-Edukazzjoni illi qal li se jinvestiga ezatt x’qed jigri; ammissjoni li fiha prova bhal donnu jghid li l-Ministeru ma kellux idea x’inhu ghaddej fejn jidhol ix-xoghol tal-cleaners.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li jekk hemm xi tip ta’ abbuz dan issa se jitwaqqaf.
Fl-iskejjel, hemm madwar 250 impjegat li jnaddfu.
Is-segretaru tat-Taqsima Ospitalita’ u ikel fi ħdan il-GWU, Kenny Muscat kien kwotat jghid illi din il-kwistjoni mhux kwistjoni li ġejja mill-kuntrattur. Izda sahaq li b’dak li qed jigri, il-Gvern qed johloq forma gdida ta’ prekarjat….ghaliex fit-tender il-ġdid xorta ma ssolva xejn.
Wara li harget din l-istorja…hafna fuq il-media socjali esprimew ir-rabja taghhom ghall-fatt illi, ironikament, il-Ministeru tal-edukazzjoni u x-xoghol jaqghu taht l-istess dekasteru.
//= $special ?>