“Kont nemmen li kapaċi nagħmluha, għax jekk ma temminx, ma tasalx, imma xorta nibqa’ ngħid li finalment kont sorpriż, speċjalment meta kont ilni jumejn nisma’ l-andamet tar-riżultati tal-Kunsili l-oħra – izda finalment ghamilniha!”. Hekk stqarr ma’ Net News is-Sindku l-ġdid f’isem il-Partit Nazzjonaista fil-Munxar, Damien Spiteri…hekk kif fil-jiem li gejjin jiehu l-gurament tal-hatra, flimkien mal-kumplament tal-Kunsill.
Damien Spiteri japprezza l-fiduċja li urew fih in-nies, u minn naħa l-oħra hu konxju tar-responsabbilta’ kbira li jġorr miegħu dan ir-riżultat.
Il-priorita ta’ Kunsill il-ġdid fil-Munxar se tkun il-kwistjoni tad-Demmiela minħabba li din hija kwistjoni serja li tista’ tfisser rovina tal-Munxar. Huwa appella lill-awtoritajiet sabiex jisimgħu leħen ir-residenti tal-Munxar u x-Xlendi.
”Irrid li l-5 kunsillieri naħdmu flimkien għall-interess komuni. In-nies jistennew li jinġibed l-istess ħabel.” U insista li wahdu mhux ser ikun jista jwettaq l-għan prinċipali tiegħu li jahdem favur dan ir-rahal ckejken Ghawdxi.
Problema oħra li tkellem dwarha is-Sindku tal-Munxar, hija dik tal-bajja tax-Xlendi fejn iddiskriviha bħala ”uġiegħ ta’ ras akbar mill-Munxar” minħabba li s’issa m’hemmx sistema effettiva għall-ġbir tal-iskart. Għal dan, is-Sindku il-ġdid qed iwiegħed titjib b’mod immedjat.
‘L-iskart fil-borża s-sewda se jibda jinġabar kuljum u rridu naslu biex anki dak tar-restoranti jibda jinġabar kujum ukoll”. Qalilna ukoll kif ser ikun qed jindirizza anke il-problema tad-dranaġġ fix-Xlendi.
Biża’ li għandu Damien Spiteri hija li l-masterplan tax-Xlendi qed jiffoka wisq fuq is-settur kummerċjali biss waqt li jpoġġi fil-ġenb l-interessi tar-residenti. Iżda hu wiegħed li l-ewwel interess se jkun l-interess tan-nies tal-Munxar u dawk tax-Xlendi.
//= $special ?>