Lokali

L-IFJ terġa’ tappella għal inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Skont is-sit elettroniku articolo21.org kienet approvat unanimament mill-Kungress tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti (IFJ), li sar reċentement f’Tuneż, il-mozzjoni li titlob għall-verità u l-ġustizzja dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dan qalu fi tweet it-tifel ta’ Daphne Carunana Galizia, Matthew Caruana Galizia. Huwa sostna li l-Prim Ministru Joseph Muscat qed jimblokka kull inkjesta pubblika biex issir magħrufa r-responsabbilta tal-istat għall-qtil ta’ ommu.

L-IFJ għal darb’oħra għamlet appell qawwi fuq inkjesta pubblika sħiħa li titfa’ dawl fuq il-qtil tal-ġurnalista u blogger Maltija. Daphne Caruana Galizia nqatel f’bomba karozza f’Ottubru 2017, iżda wara aktar minn sena u nofs, għadu ma sar xejn.

Fil-Kungress tal-IFJ, l-FNSI riedu jerġgħu jqajmu l-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia biex finalment issir ġustizzja.