“Il-Perit hu responsabbli – ċara, m’hemmx fejn iddur.”
Dikjarazzjoni li saret mill-Prim Ministru Joseph Muscat meta l-Ħadd filgħodu ġie intervistat fuq ir-radju laburista fejn stqarr illi illum għandek Periti li lanqas biss imorru fil-post.
Quddiem l-incidenti ripetuti li kellna fl-ahhar gimghat biswit siti ta’ kostruzzjoni Muscat qal illi kien wara l-incident ta’ Gwardamanga illi irrealizza li ma kellux triq ohra, u li kellu jipprova juri li hemm bzonn xi forma ta’ azzjoni.
Il-bidliet li se jithabbru t-Tnejn huma intiżi sabiex, fi kliem Muscat innifsu, “jingħalqu l-ventilaturi. U ma nibqghux bil-hmar iwaħħal f’denbu.”
Il-Prim Ministru insista li l-Gvern ma jistax ikun ghassa ma kull kantun li qed jittella’.
Joseph Muscat qal li hawn kuntratturi illi jahsbu li hadd ma jista’ ghalihom. Filwaqt li semma’ wkoll kazijiet fejn site manager jispicca jkun imnizzel fuq 15-il sit differenti.
Muscat semma’ wkoll l-Awtorita’ Maltija tal-Kostruzzjoni – awtorita’ li nzammet fuq l-ixkaffa ghal xhur shah.
Matul l-intervista l-Prim Ministru tkellem ukoll dwar is-summit li tlaqqa’ din il-gimgha f’Malta, u spjega illi l-mexxejja ddiskutew kif se jahdmu fis-Sajf f’dak li ghandu x’jaqsam l-immigrazzjoni. Iżda Muscat ma ta l-ebda dettalji dwar xi pjan hemm, jekk hemm, biex tigi indirizzata din il-krizi tal-immigrazzjoni u l-mewga ta’ vjaggi klandestini fil-Mediterran.
//= $special ?>