F’intervista li ta, Paul Pogba qal li dan is-sajf jista’ jkun żmien tajjeb għalih biex jiċċaqlaq minn ma’ Manchester United.
Il-Franċiż, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja qiegħed jissemma ma’ Real Madrid f’dik li tista’ tkun somma oħra rekord mill-Ispanjoli madanakollu hemm ċans li Pogba jirritorna lura fl-Italja ma’ Juventus.
In-numru 6 tar-red devils, li għandu 26 sena fadallu sentejn kuntratt ma’ United wara li kien irritorna magħhom f’Awwissu tal-2016 għal somma ta’ 89.3 miljun sterlina.
Fl-intervista Pogba qal li f’dan ir-ritorn kellu mumenti sbieħ u oħrajn koroh filwaqt li jemmen li dan listaġun kien l-aħjar wieħed tiegħu u hu għalekk li jixtieq jibda esperjenza ġdida.
“Qed naħseb għandix nibda sfida ġdida x’imkien ieħor” temm jgħid Paul Pogba.
//= $special ?>