Sport Sport Ieħor

Uttingeois jispikka fil-finali ewlenija tal-Prix de Vincennes

(Ritratt: Mike Orland)

Rapport: Kenneth Vella

Misjuq minn Herman McKay, Uttingeois rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret ilbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tal-Prix De Vincennes għal żwiemel Franċiżi tal-aqwa klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140. Din kienet tagħmel parti mill-31 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott u li nkludiet erba’ finali oħra għal żwiemel Franċiżi fuq l-istess distanza

Ħdax kienu ż-żwiemel li ħadu sehem fil-finali Premier. Il-kwotat Amigo Turgot (Salvu Vella) kien quddiem għal parti twila tad-distanza. Madankollu ċeda kollox f’nofs id-dritta finali meta nqabeż mir-rebbieħ Uttingeois (Herman McKay) li ħa t-tielet rebħa tas-sena. Visa De Juigne (Cliferty Calleja) daħal it-tielet quddiem Utopiste (Jesmar Gafà) u Un Amour Du Pont (Andrew Farrugia). Fi tmiem din il-finali, Edwin Borg, chairman tal-Malta Racing Club ippreżenta t-tazza ta’ rebbieħa lil Herman McKay is-sid u s-sewwieq taż-żiemel rebbieħ.

Fil-finali tal-Prix d’Enghien tal-klassi Gold, osservajna dwell eċċitanti fl-aħħar metri bejn Ulysse Du Bouchet (Julian Farrugia) u Sos Amor (Cliferty Calleja). Kien tal-ewwel li ħa t-tielet rebħa konsekuttiva b’Uciano (Charles Camilleri), Uno Pont Vautier (Clint Vassallo) u Thoury Le King (Michael Ellul) ikollhom ukoll pjazzament pożittiv.

Minn naħa l-oħra fil-Prix De Cabourg tal-klassi Silver, Vasco De Montmarce (Jesmar Gafà), li beda fost l-aktar favoriti, ma naqasx milli jieħu t-tielet rebħa nfila wara li beda jżid fil-ġiri 500m mil-linja finali. Dan qasam il-linja finali l-ewwel faċilment, b’vantaġġ ta’ żewġ tulijiet minn Boxeur d’Or (Ivan Bilocca), Cadumroc (Noel Baldacchino), Valencio Du Maza (Julian Farrugia) u Voici De Lahaye (Marvin Cauchi).

Fil-finali Prix De Cagnes Sur Mer tal-klassi Bronze, kien Concerto Cehere (Charles Camilleri) li rreġistra t-tieni rebħa staġjonali b’żewġ tulijiet minn Chahuteur (Kurt Saliba) wara li beda jħaffef fil-ġiri dawra mit-tmiem. Eros Dairpet (Noel Baldacchino) ħa t-tielet rebħa f’Malta fil-finali tal-Prix De Caen tal-klassi Copper wara sprint tajjeb fid-dritta finali.

Saret ukoll finali fuq distanza ta’ mil għal żwiemel u sewwieqa dilettanti li s-soltu jieħdu sehem f’tiġrijiet fil-korsa l-qadima. Din intrebħet minn Celebrity Photo (Nicholas Cauchi) li qabeż lil Tjurhults Gidde (Paul Galea) ftit metri mil-linja finali. 

Ir-rizultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Toronto Doedvic (R. Gatt) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Volga De Tortuga (J. Farrugia) 3. Visar Du Chene (G. Garzia) 4. Rossi Dream (C. Camilleri)

II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Un Louzeen (Ch. Grech) Ħin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Delice Majyc (D. Hili) 3. Velco Rocq (M. Mizzi) 4. Un Dorien (M. Borg)

III Tiġrija MRC Feature Race. Dist – 1640m. 1. Celebrity Photo (N. Cauchi) Ħin – NTR 2. Tjurhults Gidde (P. Galea) 3. Royal Apanage (S. Micallef) 4. Embassy Caviar (V. Borg)

IV Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Albatross Rainbow (N. Barbara) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Vraiment Majyc (D. Baldacchino) 3. Become Famous (M. Farrugia) 4. Dollydoo Laday (R. Gatt)

V Tiġrija Finali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Eros Dairpet (N. Baldacchino) Ħin – 2.41.4” (1.15.4”) 2. Drakkar Cleville (K. Saliba) 3. Cirella De Kacy (R. Gatt) 4. Sandro Du Vivier (J. Azzopardi) 5. Duc Des Montils (J. Farrugia)

VI Tiġrija Finali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Concerto Cehere (C. Camilleri) Ħin – 2.40.6” (1.15”) 2. Chahuteur (K. Saliba) 3. Valse De Banville N. Baldacchino) 4. Bolide d’Azur (J. Said) 5. Danseuse For Ever (J. Gafà)

VII Tiġrija Finali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Vasco De Montmarce (J. Gafà) Ħin – 2.39.7” (1.14.6”) 2. Boxeur d’Or (I. Bilocca) 3. Cadumroc (N. Baldacchino) 4. Valencio Du Maza (J. Farrugia) 5. Voici De Lahaye (M. Cauchi)

VIII Tiġrija Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ulysse Du Bouchet (J. Farrugia) Ħin – 2.38.3” (1.14”) 2. Sos Amor (C. Calleja) 3. Uciano (C. Camilleri) 4. Uno Pont Vautier (C. Vassallo) 5. Thoury Le King (M. Ellul)

IX Tiġrija Finali Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Uttingeois (H. McKay) Ħin – 2.38.7” (1.14.2”) 2. Amigo Turgot (S. Vella) 3. Visa De Juigne (C. Calleja) 4. Utopiste (J. Gafa’) 5. Un Amour Du Pont (A. Farrugia)

X Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ange Du Porto (C. Vassallo) Ħin – 2.40.6” (1.15.1”) 2. Ariana Trojborg (J. Gafa’) 3. Valawi (R. Magro) 4. Greatandeasy C.C. (N. Baldacchino)