Ferrari talbu uffiċjalment id-dritt li terġa’ tikun riveduta l-penalità li kkastigat lil Sebastian Vettel milli jirbaħ il-Grand Prix tal-Kanada. Il-Ġermaniż rebaħ it-tellieqa iżda kien penalizzat ħames sekondi minħabba li ġie ġġudikat li saq b’mod perikoluż, penalità li biha spiċċa wara Lewis Hamilton tal-Mercedes.
Vettel ingħata penalità ta’ ħames sekondi wara li ġie ġġudikat li sforza lil Lewis Hamilton barra ċ-ċirkwit, konsegweza li fit-tielet kantuniera tilef il-kontroll tal-karozza. Id-deċiżjoni tal-istewards kienet li Vettel ma kienx sigur kemm għalih kif ukoll għal Hamilton.
Ir-Regolamenti Sportivi tal-Formula 1 jgħidu li l-appelli ma jistgħux isiru dwar penalità ta’ ħin, iżda jekk ikun hemm evidenza ġdida dwar l-inċident, jista’ jkun hemm diskussjoni fuq id-deċiżjoni, jekk l-istewards jaqblu.
Wara l-Grand Prix, Vettel kien irrabjat ferm, ma pparkjax il-karozza fejn suppost u ħa dawra twila biex jevita lil xi nies. Qabel daħal ġewwa bi preparazzjoni għall-preżentazzjoni tat-trofej, Vettel saħansitra bidel in-numri 1 u 2 allokati mal-klassifikazzjoni finali.
Ferrari qalu li kienu se jappellaw iżda rtiraw l-intenzjoni l-ġimgħa l-oħra. Issa huma għażlu triq differenti biex jippruvaw idawru l-penalità ta’ Vettel u jassiguraw l-ewwel rebħa tal-istaġun. Id-dritt li tkun rivedut l-inċident, hu proċess uffiċjali tal-FIA li jirrikjedi li t-timijiet iridu juru element ġdid relevanti u sinifikanti għas-sitwazzjoni.
Kelliem tal-Ferrari ma tax aktar dettalji minħabba s-sensittività tal-kwistjoni u issa hemm bżonn li jintlaħaq ftehim bejn Ferrari u l-FIA għad-data tas-smigħ.
//= $special ?>