Internazzjonali

Filmat: Fil-mument opportun.. Xufier ta’ trakk isalva ħajjet żagħżugħ

Fil-mument opportun biex isalva ħajjet żagħżugħ

Xufier ta’ trakk fl-Italja sab ruħu fil-mument opportun biex isalva żagħżugħ li kien qed jipprova jneħħi ħajtu.

Is-sit Repubblica.it qal li l-każ seħħ f’Milan, meta ġuvni ta’ 19-il sena tela’ fuq pont miftuħ f’Pozzuolo Martesana, u poġġa fix-xifer bl-intenzjoni li jaqbeż.

Fuq il-post waslu l-pulizija li għalqu t-triq u li bdew jitkellmu mal-ġuvni biex jikkonvinċuh jinżel bil-kwiet.

Xufier tat-trakk li nzerta laħaq daħal quddiem il-pont dlonk ma ħasibhiex darbtejn biex jagħti sehemu, u tela’ hu fuq il-kabina tat-trakk, fejn deher ikellem lill-ġuvni.

Il-kliem tiegħu ħalla aktar effett żgur mhux forsi għax ftit tal-ħin wara l-ġuvni jidher li bidel fehmtu, u qabeż għal fuq il-kabina tat-trakk, bix-xufier li kien pront jilqgħu.

F’kummenti li wara ta dan ix-xufier huwa qal li bl-onestà kbira nesa x’qallu, li hu żgur li rnexxielu jikkonvinċih biex ma jarmix ħajtu.