– Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-gvern illum naqqas u kważi waqqaf ir-regolamentazzjoni f’diversi setturi fosthom l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli.
Fil-parlament Edwin Vassallo qal li l-bdiewa sofrew ħafna mill-għargħar u spjega li l-gvern kien ħababr li se jgħin b’45% tal-ispiża tas-serer li tkissru fil-maltemp. Hu kompla li dan l-ammont mhux biżżejjed għan-nefqa tas-serer għaliex jista’ jkun bdiewa li jistgħuu jiddċiedu li ma jiswiex li jerġgħu jibnu s-serer tagħhom.
Dan jista’ jwassal biex ikollhom jonfqu iktar biex jibnu s-serer. Il-gvern seta’ ħa din l-okkażjoni u għandu jirrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu u għandu jħallas iktar minn daqshekk. Hu qal li l-ħsara ma kinitx waħda kbira tant li l-gvern lanqas mar quddiem l-UE għall-fondi.
Edwin Vassallo qal li m’hemmx sorveljanza dwar x’inhu dieħel fil-pajjiż fil-qasam tal-bajd li qed jinġieb minn barra iżda jinbiegħ bħala produzzjoni tal-irziezet Maltin. Dan qed iseħħ ukoll fl-industrija tal-majjal, sostna Edwin Vassallo, li qal li l-gvern ma jridx jinforza r-regoli fis-setturi kollha fl-importazzjoni, fil-manifattura, fl-industrija ta-tonn, fil-kostruzzjoni u fin-negozju fil-pajjiż. Dan il-gvern qed jinċentiva l-kultura ta’ pajjiż fejn ir-regolaturi m’humiex effettivi.
Ir-raħħala Maltin qed jitgħaffqu għaliex l-importaturi qed jixtru l-prodotti mormija minn barra u jdaħħalhom Malta u jbiegħhom bħala prodotti Maltin, sostna Edwin Vassallo.
//= $special ?>