Lokali Parlament

Il-Ministru jispiċċa jaqbel mal-Oppożizzjoni

Fl intervent tiegħu fuq l-Abbozz ta’ Liġi dwar -Avukat tal-Istat, il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne għamel referenza  għall-kritika li għamlet l-Oppożizzjoni dwar il-fatt li l-Avukat Ġenerali se jibqa’ ċ-Chairman tal-FIAU u qal li m’ għandux diffikultà li  jitkellem mal-Oppożizzjoni u jekk ikun hemm bżonn din tiġi rranġata.

Dwar il-kritka tal-Oppożizzjoni dwar  li l-AG se jkun hu li se jmexxi il- prosekuzzjoni, il-Ministru  qal li  lest jiddiskuti dwar dan ukoll. Il-Ministru Fearne kkonferma li hu lest li jikkunsidra li l-AG ma jibqax chairman tal-FIAU meta f’Marzu li ġej jispiċċa il-mandat tiegħu.