Il-Patoloġista Marie Therese Camilleri Podesta li flimkien mat-tabib Ali Salfraz għamlet l-awtopsja fuq il-katavri fit-30 ta’ Marzu qalet li l-kawża tal-mewt tal-vittma Maria Lourdes Bonnici kienet li sofriet minn tir wieħed f’rasha, filwaqt li Angele kellha żewġ tiri f’rasha. L-irjus kienu kollha dmija kemm internament kif ukoll viżibilment, filwaqt li qalet ukoll li lir-rjus kienu “mifqugħa”.
Ix-xhud ippreżentat ir-rapport tagħha filwaqt li t-tabib Ali Salfraz li jinsab imsiefer, se jkun preżenti f’seduta oħra biex minn naħa tiegħu jkun hu li jikkonferma l-istess rapport li għamel mal-kollega tiegħu.
Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Joseph Bonnici ta’ 38 sena minn Ħal-Għaxaq akkużat li qatel lil ommu u lil oħtu.Marija Lourdes Bonnici u bintha Angele Bonnici, kienu rrappurtata nieqsa lill-Pulizija l-Erbgħa 27 ta’ Marzu.
Huma kienu dehru l-aħħar nhar it-Tlieta 26 ta’ Marzu għall-ħabta tas-7am fir-residenza tagħhom f’Ħal Għaxaq. Il-vittmi kienu nstabu f’għalqa fil-limiti ta’ Ħal Għaxaq. L-għalqa tinsab fi Trejqet Santu Kristu fl-istess lokalita’ tar-residenza tal-vittmi.
Xehed ukoll il-kuntistabbli Sean Micallef li jaħdem fil-laboratorju tal-Forensika. Huwa qal li fis-1.20 am tit-30 ta’ Marzu mar flimkien ma’ uffiċjali oħra fl-għalqa fejn kien hemm il-katavri. Tenna li huwa ħa r-ritratti waqt li kien għaddej l-iskavar biex jinħarġu l-katavri. Kompla jgħid li kien preżenti għall-awtospja. Micallef jgħid li mar l-għada meta ħadu xi kampjuni mill-għalqa għax kien hemm trab abjad ssuspettat ġir.
Dr Yanika Bugeja għan-nom tat-tfajla ta’ Bonnici talbet il-Qorti biex il-klijenta tagħha tkun tista’ tidħol fil-post peress li din għandha xi affarijiet, fosthom ħwejjeġ li huma tagħha . Il-Qorti qalet li hi qed tistenna mill-Avukat Ġenerali biex jekk ma joġġezzjonax ikun jista’ jawtorizza lit-tfajla ta’ Bonnici tkun tista’ tidħol fil-post.
Xehed ukoll Spettur mill-Forensika, Charlo Casha li ppreżenta l-Qorti r-rapport tiegħu u anke DVD lill-Qorti. Huwa spjega kif inhu maqsum ir-rapport tiegħu, jgħid li fl-ewwel parti huwa jitkellem dwar is-sapport li huwa ta lill-investigaturi u tasal sal-parti fejn il-Maġistrat Farrugia Frendo waslet fl-għalqa fejn kien hemm il-vittmi. It-tieni parti spjega x-xogħol li għamel bħala espert skont in-nomina li tagħtu l-Maġistrat inkwerenti.
Franco Debono u Marion Camilleri qed jidhru Bonnici filwaqt li l-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Keith Arnaud, John Spiteri u Roderick Attard. Il-kumpilizzjoni tkompli fid-29 ta’ Lulju li ġej.
//= $special ?>