Il-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura ċaħdet kategorikament li l-irjus tat-tonn li dehru fuq wiċċ il-baħar fil-limiti tal-bajja ta’ San Tumas huma riżultat tal-attività tal-membri tagħha.
Il-Federazzjoni ddikjarat li prima facie hemm raġuni biżżejjed għalxiex wieħed jaħseb li dawn l-irjus kienu riżultat ta’ xi attivita’ illegali li ġejja minn serq direttament ta’ ħut mill-gaġeġ tat-tonn inkella konsegwenza ta’ sajd illegali mill-ibħra tal-madwar.
Tiddikjara li dawn l-irjus huma riżultat ta’ qabdiet illegali ta’ ħut li tnaddfu fuq il-baħar biex tiġi evitata kull forma ta’ preservazzjoni ta’ evidenza.
Il-Federazzjoni tħeġġeġ lid-Dipartiment biex tramite l-uffiċjali tagħha tal-infurzar tuża l-mezzi kollha tagħha biex tassigura li l-kummerjċalizzazzjoni ta’ ħut illegali fuq l-art jiġi projbit u ppenalizat kif titlob il-liġi kif ukoll sabiex tkun imħarsa saħħet il-bniedem permezz tat-traċċabbilita’ tal-ħut.
//= $special ?>