– Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat biex b’mod immedjat jittieħdu l-passi meħtieġa biex tinqata’ d-differenza bejn il-pagi li jaqilgħu n-nisa u dak li jaqilgħu l-irġiel għaliex dan qed ikollu effetti negattivi kbar fuq il-pensjonijiet tan-nisa, li qed jaqilgħu inqas.
Meta kienet qed titkellem fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li l-mara waqgħet lura fil-kuntest tal-pagi, kundizzjonijiet tax-xogħol u pensjonijiet. Hi trattat il-gender pay gap u qalet li trid tingħata attenzjoni għall-faxex kollha tas-soċjetà.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li Malta tinsab ‘l isfel kif tikkompara ma’ pajjiżi fl-Ewropa fil-gender pay gap fejn in-nisa qed jaqilgħu biss in-nofs tal-pensjonijiet meta paragunati mal-irġiel.
Dan hu serq, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-gender pay gap għandha tkun indirizzata. Rapport ieħor jispeċifika li fil-faxxa ta’ fuq tal-istrutturi tan-nisa fl-aministrazzjoni, il-parteċupazzjoni tan-nisa hi baxxa wisq.
//= $special ?>