Knisja Kultura Lokali

L-Għaqda Mużikali Marija Assunta tal-Gudja tfakkar żewġ anniversarji

L-Għaqda Mużikali Marija Assunta tal-Gudja din is-sena qiegħda tiċċelebra bil-kbir żewġ anniversarji li jsawru parti importanti mill-istorja tagħha – 100 sena mit-twaqqif tal-għaqda u 75 sena mill-ħolqien tal-banda tagħha.

Din l-għaqda mużikali tieħu parti mill-aktar attività fiċ-ċelebrazzjonijiet prinċipali li jsiru fil-Gudja, fosthom l-organizzazzjoni tal-festa tal-Madonna taċ-Ċintura li tkun iċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru, kif ukoll għandha sehem ewlieni biex tkun iċċelebrata l-festa titulari ta’ Santa Marija. Fi ħdan l-Għaqda Mużikali Marija Assunta wieħed isib il-Fratellanza tal-Madonna taċ-Ċintura u l-Kamra tan-Nar Madonna taċ-Ċintura.

Il-programm ta’ ċelebrazzjonijiet li jfakkru dawn iż-żewġ anniversarji importanti jilħaq il-qofol tiegħu b’Kunċert Vokali u Strumentali fuq il-planċier artistiku tas-soċjetà fil-Pjazza tal-Gudja, taħt il-patroċinju tal-President tar-Repubblika George Vella.

F’dawn il-kunċert li se jsir nhar is-Sibt, 22 ta’ Ġunju, fit-8.30p.m., se tieħu sehem l-Banda Marija Assunta taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Hermann Farrugia Frantz, flimkien mas-sopran Claire Caruana, il-muezzin Bader Zeina u l-Coro Ben Canto.

Waqt il-kunċert issir pawsa qasira li matulha se jsiru xi preżentazzjonijiet u diskorsi uffiċjali. Il-Każin tal-Banda Marija Assunta se jkun ukoll miftuħ għall-pubbliku wara diversi xogħlijiet ta’ tisbiħ u mmodernizzar li sarulu.

Peter Paul Ciantar se jippreżenta dan il-programm.