Futbol Sport

Lecce se jilagħbu kontra Ħamrun Spartans f’pajjiżna f’Awwissu li ġej

Il-paġna ta’ facebook tal-programm sportiv ta’ Net Television Replay żvelat b’mod esklussiv li fit-3 ta’ Awwissu li ġej, f’pajjiżna se jkun hawn l-iskwadra ta’ Lecce li għadha kif kisbet il-promozzjoni għas-Serie A.

Din iż-żjara se tkun possibbli wara ħidma kontinwa tal-President ta’ Ħamrun Spartans Nunzio Antignani. Din il-ħidma se ssarraf ukoll f’partita ta’ ħbiberija bejn iż-żewġ klabbs iżda sa issa għadu mhux deċiż fejn se tkun qed tintlagħab din il-logħba minħabba li l-klabb Taljan se jġib miegħu delegazzjoni b’numru ta’ partitarji.

Ikkummenta