Kienu evażivi r-risposti li ta l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici fil-Parlament għall-mistoqsijiet dwar il-Kumitat għall-Ħatriet tal-Ġudikatura – tweġibiet illi qajmu dubji dwar kif qed jiffunzjona dan il-kumitat.
F’mistoqsija Parlamentari mressqa mid-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg, hi talbet informazzjoni dwar meta beda jiffunzjona dan il-kumitat, minn meta ġiet stabbilita l-liġi tliet snin ilu.
Owen Bonnici qal lil Claudette Buttigieg biex tirreferi għal risposta li kienet ngħatat għal mistoqsija parlamentari li saret xejn anqas minn għaxar snin ilu…meta dan il-Kumitat għall-Ħatriet tal-Ġudikatura lanqas biss kien jeżisti.
The Sunday Times of Malta staqsiet lil Owen Bonnici għaliex huwa ma setax jipprovdi informazzjoni lill-Parlament.
Il-Kostituzzjoni stess tobbliga lill-Kummissjoni biex tiġbor rapport annwali u tgħaddih lill-Ministru tal-Ġustizzja – iżda din l-informazzjoni għadha sa issa mhix pubblika.
Dan kollu jkompli jkabbar it-tħassib dwar is-sistema ġudizzjarja ta’ pajjiżna… tħassib li tqajjem ukoll mill-Kummissjoni Venezja. Anke l-Professur Kevin Aquilina, li sa ftit ilu kien id-Dekan tal-Fakultà tal-Ligi, insista li l-Gvern qed ikaxkar saqajh biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.
//= $special ?>