Jeffrey Azzopardi mill-Imsida qed isostni li m’għandhiex tinbena lukanda maġenbu minħabba l-ħsara u periklu li tista’ tagħmillu fil-propjeta’ tiegħu u li minħabba li jrid issir tħaffir, dan żgur li ma jkunx jista’ josserva d-distanza ta’ 76 ċentimetru skont il-liġi. Il-propjeta’ inkwistjoni hija Mireva Buildings li tinsab fejn l-Universita’ ta’ Malta.
Azzopard ippreżenta protest ġudizzjarju fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra Mark Agius, li applika mal-Awtorita’ tal-Ippjanar biex joħroġ permess sabiex titwaqqa binja mill-livell t’isfel sa fuq nett, liema permess jidher li ħareġ. Dan kollu biex tinbena lukanda ġdida li tinkludi entratura, kamra tal-banju u kamra għal breakfast u cafeteria.
Dan kollu biex tinbena lukanda lukanda klassi 4C li se jkun fiha wkoll faċilitajiet anċillari, akkomodazzjoni mill-livell 1 sa 9 u nħawi għall Pool li jekk joħroġ il-permess trid issir fis-sular ta’ fuq nett, fl-għola livell.
Azzopardi qed joġġezzjona għall-permess, fejn spjega li parti mill-iżvilupp ippjanat għandu bżonn it-tħaffir u għalhekk hemm bżonn li jkun hemm id-distanza skont il-liġi mill-binja proposta għar-residenza tiegħu u dan skont il-Kodiċi Ċivili.
Il-protest sar mill-Avukat ta’ Azzopardi, Anthony P Farrugia li qal ukoll li skont il-liġi Agius irid jagħmel stħarriġ ġeoliġiku fuq il-ħamrija, u dan qabel ma jrid isir xi xogħol biex jiżgura li l-iskavar ma jesponiex periklu għal Azzopardi, kemm għal ħajtu kif ukoll lejn il-propjeta’ tiegħu.
Azzopardi argumenta li hemm numru ta’ bjar kbar taħt il-propjeta’ tiegħu, li jista’ jirriżulta f’periklu għall-integrita’ strurrurali ta’ diversi propjetajiet, li jinkludu dik ta’ Azzopardi, u dan jekk il-bjar jiġu kompromessi mill-eskavar propost.
Dan il-protest ġudizzjarju wasal f’anqas minn ġimgħa li l-Prim Ministru Joseph Muscat li ordna waqfien fuq l-eskavar kollu tal-bini li għaddej preżentament. Dan wara li tliet strutturi ta’propjetajiet privati waqgħu minħabba xogħol ta’ tħaffir u skavar.
Il-protest imressaq wissa lil Agius biex ma jibda l-ebda xogħol, anke jekk għandu l-permessi tal-Awtorita’ tal-Ippjanar, u dan sakemm il-miżuri neċċessarji kollha biex jissalvagwardja lilu u l-propjetajiet fil-viċin jittieħdu, u fin-nuqqas ta’ dan jibdew proċeduri għad-danni skont il-liġi.
//= $special ?>