Is-sitwazzjoni bħalissa f’Marsaskala hija tedjanti. Nies li tkellmu magħna qalulna li ċertu toroq f’Marsaskala ilhom 6 xhur b’xogħol ‘għaddej’, iżda s-sitwazzjoni ilha dawn l-aħħar 6 xhur kważi l-istess.
L-istess persuni li tkellmu magħna qalulna li dan kollu qed joħloq inkonvenjent għar-residenti.
Issa qalulna wkoll li minħabba terapien li hemm f’dawn it-toroq, fil-ġranet sħan ta’ issa lanqas biss qed jazzardaw jiftħu xi twieqi.
Ir-residenti Skalin qalulna li hemm il-ħtieġa li t-toroq li bdew qabel l-elezzjoni tal-anqas jitkomplew, għax qed ikunu ta’ sfida għal-lokalità kollha.
//= $special ?>