Lokali

Żewġ inċidenti relatati ma’ gass fi ftit minuti

Ftit tal-mumenti ilu seħħet splużjoni f’residenza fl-Imsida.

Il-każ seħħ fi Triq Victor Denaro fejn mill-ewwel informazzjoni jidher li għal xi raġuni x’aktarx kawża ta’ gass parti minn kċina nħakmet min-nirien.

Fuq il-post ġew msejħa minnufih membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Fl-istess waqt mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li seħħ inċident ieħor relatat mal-gass fejn jidher li ċ-ċilindru tal-gass kien jinsab fuq bejt ta’ residenza.

S’issa mhux magħruf jekk indarabx xi ħadd.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.