Il-Prim Ministru Joseph Muscat ma jridx iwieġeb dwar jekk hux se tintrefà responsabbiltà wara xhur ta’ allowances irregolari li nħarġu minn Identity Malta.
Mistoqsi minn dan l-istazzjon, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li m’għandux idea dwar din il-kwistjoni minkejja li l-iskandli dwar din l-aġenzija kienu ppubblikati ġimgħatejn ilu.
Iżda Net News ilu ġimgħatejn li bagħat mistoqsijiet lis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli dwar dawn l-irregolaritajiet fi ħdan din l-aġenzija tal-Gvern.
Kien In-Nazzjon li żvela l dawn l-allowances mal-paga nħarġu biss biex il-ħaddiema jagħlqu ħalqhom u ma jikxfux it-taħwid u rregolaritajiet li huma r-regola tal-ġurnata fi ħdan Identity Malta.
Dan wara li l-istess ħaddiema lmentaw għax impjegat ieħor li la kien jikkwalifika abbażi ta’ kwalifiċi u lanqas fuq bażi ta’ esperjenza ngħata promozzjoni.S’issa, mhux biss dan l-istazzjon għadu bla tweġiba iżda fi ħdan Identity Malta ma ttieħdet l-ebda azzjoni, ma ġewx irtirati dawn l-allowances u lanqas intrefgħet xi tip ta’ responsabbiltà.
//= $special ?>
