Futbol Sport

Illum ikunu magħrufa l-avversarji ta’ Valletta fl-ewwel rawnd tal-UEFA Champions League


Illum iċ-champions lokali Valletta jkunu jafu l-avversarju tagħhom hekk kif jitilgħu l-poloz tal-UEFA Champions League fis-2.30pm filwaqt li dawk tal-UEFA Europa League jitilgħu għada fit-3.30pm.

Huma jinsabu parti mit-32 tim li fl-ewwel rawnd taċ-Champions League nqasmu f’żewġ gruppi ta’ għaxar timijiet u grupp ta’ 12-il tim, b’16-il tim minnhom hu seeded. Valletta huma l-uniku tim Malti f’din il-polza, mhumiex seeded u jinsabu fi Grupp 2.

L-avversarji possibbli tagħhom huma Celtic tal-Iskozja, Qarabag tal-Ażerbajġan, Sheriff Tiraspol tal-Moldova, F91 Dudelange tal-Lussemburgu u Slovan Bratislava tas-Slovakkja. L-ewwel tim li jitla’ jilgħab l-ewwel leg f’pajjiżu.