Mewta oħra f’sit ta’ kostruzzjoni
Tilef il-battalja mal-mewt iż-żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Mali wara li nhar il-Ħamis, 13 ta’ Ġunju, waqa’ 4 sulari f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Qawra.
L-inċident seħħ fuq sit fejn fuqu qed tinbena skola. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-barrani waqa’ wara li sfortunatament nqasmet it-tavluna li dak il-ħin kien fuqha – bil-konsegwenza li ġarrab ġrieħi kritiċi f’rasu u ksur f’idejh.
Minkejja li fuq il-post ġew msejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi sabiex l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura – huwa tilef ħajtu proprju tul il-ġurnata tal-lum.