Lokali

L-inizjattiva Wave of Change

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia it-Tlieta waranofsinhar laqa’ l-isfida u ħa sehem fil-kampanja Wave of Change.

Adrian Delia, wieħed mit-tliet persuni nominati minn Julian Bonnici, ġurnalist mal-portal Lovin Malt,a biex jiġbru tliet biċċiet ta’ plastik mormi fil-baħar u fil-bajjiet. Iż-żewġ nominati l-oħra huma l-President ta’ Malta George Vella u l-Prim Ministru Joseph Muscat.

Min-naħa tiegħu, Adrian Delia innomina tliet persuni oħra

F’Jum l-Imnarja, 5 għawwiema Maltin se jgħumu madwar Ghawdex biex titqajjem kuxjenza dwar il-problema tal-plastik fil-baħar u fil-bajjiet. L-Għawma hi ta’ 35 kilometru u l-mira hi li l-għawwiema ilestuha fi 11-il siegħa.

Il-pubbliku jista’ jiehu sehem billi jigbor tliet bicciet ta’ skart tal-plastik, ipoġġi ritratt jew filmat fuq Facebook bil-hashtag #waveofchange u jinnomina tliet persuni oħra biex jieħdu sehem fil-kampanja.