Parlament

Mhux kulħadd qed ilaħħaq mal-ekonomija…ħafna qed jaqgħu lura

– Kevin Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal li minkejja li setturi tal-ekonomija sejrin tajjeb għad hawn aħfna li m’humiex ilħaqqu fosthom eprsuni b’diżabbiltà u oħrajn li jgħixu bil-pensjoni.

Fil-parlament Kevin Cutajar tkellem dwar id-diffikultajiet li jkollhom il-pensjonanti li għandhom pensjoni baxxa u qal li hu tajjeb li hemm impenn biex il-persuni b’diżabbiltà jingħataw xogħol u li dawn jibqgħu jirċievu l-pensjoni.

Hawn min mhux ilaħħaq mal-ġirja tal-ekonomija fosthom persuni b’diżabbiltà. Hu tkellem dwar l-għajnuna assisstiva li tiswa ħafna flus u li l-persuni b’diżabbiltà qed isibuha diffiċli biex jakkwistawha.

Id-deputta Nazzjonalista qal li f’ekonomija li l-gvern jgħid li sejjer tajjeb u staqsa għaliex f’dan il-kuntest għad hawn kategoriji ta’ nies li m’humeix qed igawdu minn din is-istwazzjoni pożittivi. M’humiex nies il-persuni b’diżabbiltà li għandhom diffikultà iżda anki pensjonanti qed ibatu u qed jaqgħu f’kategorija ta’ faqar. F’dawn is-sitt snin għad ma kienx hemm pjan kif issir ir-riforma tal-pensjonijiet; liema riforma missha saret qabel.