Lokali

Numru ta’ attivitajiet tul is-sena skolastika fl-Iskola Medja ta’ Bormla

Ir-rispett u t-tisbiħ tal-istudenti sabiex dawn jilħqu l-potenzjal tagħhom, huma l-bazi ta’ tagħlim ħolistiku mħaddan fl-Iskola Medja, tal-Kulleġġ Santa Margerita, f’Bormla.

Ir-rispett, l-apprezzament u t-tifħir, lil u mingħand dawk kollha involuti fit-tmexxija tal-iskola jiffurmaw parti mill-kultura u l-ambjent ġewwa l-iskola.

Dan kollu huwa konformi mal-erba’ prin?ipji imniżżla fil-Framework for Education Strategy 2014-2024, li huma l-ugwaljanza, il-ġustizzja so1jali, id-diversità u l-inklużjoni.

Din l-iskola tħaddan żewg gruppi differenti li jiffurmaw parti mill-iSchool Development Plan – Teaching and Learning u well-being tat-tfal.

Dawn qed ikunu ta’ appoġġ għall-istudenti u lill-għalliema fuq bażi individwali f’każijiet fejn ikun hemm problemi emozzjonali kif ukoll soċjali.

Din is-sena l-istaff ħa sehem f’attività ta’ teambuilding li kkonsistit fi treasure hunt fl-Imdina.

Fost il-ħafna ħruġ edukattiv organizzati matul is-sena skolastika 2018-19, din l-iskola, ipparteċipat f’attivitajiet ta’ sport, attivitajiet favur l-ambjent u oħrajn li dirittament jolqtu u jgħinu lill-studenti.

Waqt il-brejk, it-tfal kellhom l-opportunità li jagħzlu biex jippartecipaw f’attivitajiet sportivi fosthom Handball, Football, Table-Tennis u Billiard.

L-iskola tipprovdi wkoll l-opportunità li l-istudenti jieħdu sehem fi programm imsejjaħ Sports Career Development. Fix-xhar ta’ Novembru, l-iskola pparteċipat fi tlett ijiem kors – Health Enhancing Physical Activity, ġewwa s-Sunflower Equestrian Centre fil-Magħtab. L-istudenti ġew provduti b’informazzjoni dwar diversi attivitajiet fiżiċi u dwar l-importanza ta’ dieta bilanċjata.

Il-healthy eating policy fl-iskola tiġi mplimentata fit-Tuck Shop tal-iskola, kif ukoll waqt attivitiajiet oħra bħal Fruit Salad Day. Barra minn hekk fi Żmien il-Milied u l-Għid, l-staff organizza diversi attivitajiet relatati mal‘well-being’ u ‘healthy living’. Waqt l-attivitajiet tal-Milied it-tfal ipparteċipaw f’logħob bħal dodgeball, volleyball u football. Xi studenti rrapreżentaw ukoll l-iskola f’kompetizzjonijiet tal-football, handball, g?awm, żfin u table-tennis.

Fost l-avvenimenti li saru, l-iSports Day u l-Well-being Day kienu l-akbar tnejn. Fl-istess ġurnata, l-għalliema li jieħdu ħsieb il-wellbeing organizzaw ukoll Human Snakes and Ladder. Waqt din l-attività ġew diskussi bosta affarijiet, fosthom kif jiġu iffurmati relazzjonijiet b’sa??ithom.

Barra minn hekk, SportMalta, Agenzija Żgħażagħ u CSAF Cospicua ipparte?ipaw billi taw taħditiet u ppreżentaw modi kif iż-żgħażagħ jistgħu jipparteċipaw u jieħdu gost f’attivitajiet edukattivi wara l-ħin tal-iskola.

Waqt l-iSpecial Assemblies, il-Kap tal-Iskola kemm-il darba tkelmet dwar l-importanza li jintwera rispett lejn l-individwi u l-importanza tal-well being.

Fl-Iskola Medja, il-ġenituri huma parti importanti u huma mħeġġa jipparteċipaw f’attivitajiet organizzati mill-iskola. Ġew organizzati tliet laqgħat mill-Wellbeing Team tal-iskola. Waqt dawn il-laqgħat ġew diskussi diversi suġġetti relatati mal-adoloxxenti.

L-iskola, b’kollaborazzjoni ma’ Unit Għozza, organizzat laqgħa oħra bit-tema tas-sesswalità mmirata għall-ġenituri u għall-istudenti bl-għan li jigu imqajma diskussjonijiet bejniethom rigward l-żviluppi sesswali li jkunu għaddejjin minnhom.

Din il-laqgħa ġiet organizzata qabel beda jiġi diskuss dan is-suġġett fil-klassi, bl-intenzjoni li l-ġenituri jkunu ppreparati għal dak li t-tfal tagħhom kienu ser jitkellmu fuqu waqt il-lezzjonijiet.

F’din il-laqgħa ġew enfasizzati l-importanza ta’ relazzjonijiet b’saħħithom u limportanza li turi dak li tħoss. Ġew organizzati wkoll aktar laqgħat immirati u dettaljati, fejn ġie diskuss aktar fid-dettal dan is-suġġett kif ukoll il-prevenzjoni ta’ sustanzi abużivi. L-istaff dejjem jagħmel l-a?jar li jista’ sabiex jindirizza s-saħħa fiżika, intellettwali, soċjali, emozzjonali u psikoloġika g?ax dawn huma l-elementi bażiċi għal ġenerazzjonijiet futuri tagħna.