Lokali

Qabda oħra mid-Dwana ta’ flus mhux iddikkjarati

Fi tfittxijiet ta’ rutina li għamel id-Dipartiment tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta dalgħodu instab li passiġġier li kien se jitlaq minn pajjiżna kellu fuqu €34,220 fi flus kontanti.

Il-passiġġier intagħżel b’mod għall-għarrieda mill-uffiċjali tad-Dwana waqt li kien fi triqtu lejn Amman.

Mistoqsi biex jiddikkjara kemm għandu flus fuqu, il-passiġġier qal li kellu madwar €8,000, izda wara li saret tfittxija fuqu, insabulu iktar minn €34,000.

Il-Pulizija ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus ġew infurmati bil-qabda u l-passiġġier ġie arrestat.