Internazzjonali

Terremot iħalli l-vittimi fiċ-Ċina

Sa issa huma 12 il-vittmi li tilfu ħajjithom f’terremot li laqat il-belt ta’ Yibin fiċ-Ċina, b’madwar 130 persuna oħra feruta.

It-terremot kien ta’ forza 6 fuq l-iskala Richter.

It-theżżiża nħasset għall-ħabta tal-11.00 ta’ filgħaxija ħin lokali u l-art theżżet madwar 62 darba oħra wara t-theżżiża l-kbira.

Kawża taċ-ċaqliq tal-art iġġarfu diversi binjiet fosthom lukanda f’Changning kif ukoll saru ħsarat kbar fl-infrastruttura tat-toroq li ħolqu problema għas-servizzi tal-emerġenza li riedu jassistu lill-vittmi.

Il-Gvern Ċiniż ħabbar li kien qed jibgħat mal-5,000 tinda, 10,000 sodda u 20,000 gverta biex itaffi s-sitwazzjoni ta’ dawk milquta.