Valletta se jkunu qed jilagħbu kontra F91 Dudelange tal-Lussemburgu fl-ewwel rawnd tal-UEFA Champions League. Fl-istaġun li għadda, Dudelange kienu lagħbu fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League kontra Milan, Olympiacos u Real Betis wara li kienu bdew proprju mill-ewwel rawnd tal-UEFA Champions League.
Dudelange, rebbieħa tal-aħħar erba’ kampjonati tal-Lussemburgu, se jkunu qed jilagħbu kontra avversarju Malti għall-ewwel darba. Valletta jibdew l-impenji barra minn darhom fid-9 jew l-10 ta’ Lulju, bil-partita ta’ ritorn tintlagħab ġimgħa wara f’pajjiżna.
Fl-ewwel rawnd kien hemm 32 tim li nqasmu f’żewġ gruppi ta’ għaxar timijiet u grupp ta’ 12-il tim, b’16-il tim minnhom kienu seeded. Valletta ma kinux seeded u kienu fi Grupp 2.
L-ewwel rawnd
Nomme Kalju v Shkendija
Suduva v Red Star Belgrade
Ararat-Armenia v AIK
Astana v Cluj
Ludogorets v Ferencvaros
FK Partizani v Qarabag FK
SK Slovan Bratislava v FK Sutjeska
Celtic v FK Sarajevo
Sheriff Tiraspol v FC Saburtalo
Dudelange v Valletta
Linfield FC v Rosenborg BK
Valur Reykjavik v NK Maribor
Dundalk v Riga FC
The New Saints FC v rebbieħa tar-rawnd preliminari
HJK Helsinki v HB Torshavn
BATE Borisov v Piast Gliwice
//= $special ?>