Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jattendi s-summit tal-Partit Popolari Ewropew

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia llum ħalla Malta biex jattendi għas-summit tal- Partit Popolari Ewropew (PPE) li se jsir għada fi Brussell.

Matul dan is-summit Dr Delia se jiltaqa’ mal-Kapijiet ta’ Stat u gvernijiet kif ukoll ma mexxejja oħra tal-Oppożizzjoni tal-partiti membri fil-PPE.

Għal dan is-summit, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jinsab akkumpanjat mis-Segretarja Internazzjonali tal-PN Roselyn Borg Knight.

Ikkummenta